AQUACYCLE

Il-proġett AquaCycle għandu l-għan li jindirizza s-sitwazzjoni preżenti tal-iskarsezza tal-ilma fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran, b'missjoni li jibdel il-mudell preżenti ta’ użu mill-ġdid tal-ilma mormi, u li timponi teknoloġija ekoinnovattiva (inkluż diġestjoni anerobika, ‘wetlands’ mibnija, trattament solari). Din it-teknoloġija għandha spiża baxxa ta’ tħaddim u manutenzjoni minħabba li tuża inqas kimiċi, taħdem fuq enerġija li tiġġedded, tipproduċi bijogass u fertilizzant, u l-‘wetland’ mibnija se tirnexxi bħala attrazzjoni turistika ekoloġika, apparti milli tkun miżura ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Spiża: 
€354,536
Benefiċjarju: 
IRM Co Ltd