Proġett BLUEISLANDS

Il-proġett BLUEISLANDS għandu l-għan li jiddentifika, jindirizza u jtaffi l-effett tal-varjazzjoni staġjonali tal-iskart iġġenerat fil-Gżejjer tal-Mediterran bħala effett tat-turiżmu.

Fl-istaġun tas-sajf, il-Gżejjer Mediterranji jospitaw popolazzjoni ferm ikbar min-normal. Dan huwa ta’ benefiċċju għall-ekonomiji lokali, iżda jqiegħed ukoll piż sinifikanti fuq l-infrastrutturi lokali, speċjalment għas-sistemi tal-ġestjoni tal-iskart. Permezz tat-titjib tal-għarfien dwar il-flussi tal-iskart, il-bini ta’ linji gwida komuni u t-titjib tas-sinerġiji fost il-komunitajiet tal-gżejjer MED, il-proġett BLUEISLANDS jimmira li jippromwovi xejriet ta' turiżmu sostenibbli u jħeġġeġ linji lokali ta’ ekonomija ċirkolari.

Spiża: 
€ 132,108
Benefiċjarju: 
WasteServ