Sejħa għall-proġetti ta' Kapitalizzazzjoni ffinanzjati mill-programm ENI CBC Med 2014-2020

Dettalji
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi, MFEA, tixtieq tinforma li s-sejħa għal proposti għal proġetti ta’ kapitalizzazzjoni taħt il-Programm ENI CBC Mediterranean Sea Basin 2014-2020 hija miftuħa sat-28 ta’ Lulju 2020. Din is-sejħa għandha baġit ta’ €11M, li jista’ jiżdied għal €15.2M. Din is-sejħa ser tiffoka fuq l-prijoritajiet li ġejjin:

 

  • Tappoġġja intrapriżi innovattivi li għadhom jibdew u intrapriżi stabbiliti reċentement
  • Issaħħaħ u tappoġġja n-netwerks Ewro-Mediterranji, clusters, konsorzji u katini tal-valur fis-setturi tradizzjonali u s-setturi mhux tradizzjonali
  • Tinkoraġixxi inizjattivi u azzjonijiet ta’ turiżmu sostenibbli
  • Tappoġġja t-trasferiment teknoloġiku u l-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka
  • Tappoġġja SMEs biex jaċċessaw riċerka u innovazzjoni, anke permezz ta’ clustering
  • Tipprovdi liż-żgħażagħ, speċjalment dawk li jappartjenu man-NEETS, u lin-nisa, b'ħiliet ta’ marketing
  • Tappoġġja atturi soċjali ekonomici soċjali u solidari
  • Ġestjoni tal-ilma - Jappoġġjaw inizjattivi sostenibbli li jimmiraw għal soluzzjonijiet innovattivi u teknoloġiċi biex tiżdied l-effiċjenza tal-ilma
  • Trattament ta’ skart u riċiklaġġ - Tnaqqas il-ġenerazzjoni ta' skart muniċipali, tippromwovi ġbir separat mis-sors u l-aħjar użu tiegħu
  • Enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija - Appoġġ għal riabilitazzjonijiet ta’ enerġija kost-effettivi u innovattivi relevanti għal tipi ta’ bini u żoni klimatiċi, b’enfasi fuq bini pubbliku
  • Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali – inklużjoni fl-ippjanar ta’ żvilupp lokali

 

 

Il-benefiċjarji eliġibbli jinkludu awtoritajiet pubbliċi, korpi regolati mil-liġi pubblika, istituzzjonijiet privati ​​u organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw fiż-żona eliġibbli tal-Programm.

 

Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa tista’ tinkiseb mill-websajt tal-Programm:

 

http://www.enicbcmed.eu/calls-for-proposals/call-for-capitalisation-projects 

Settur: 
Published On: 07/05/2020