Sejħa għal proposti marbuta ma' proġetti strateġiċi taħt il-programm ENI CBC Mediterranean Sea Basin

Dettalji
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi, MEAE, tixtieq tinforma li s-sejħa għal proposti għal proġetti strateġiċi taħt il-Programm ENI CBC Mediterranean Sea Basin 2014-2020 bħalissa hija miftuħa. Din is-sejħa għandha baġit ta’ € 68M u tiffoka fuq l-Assi ta' Prijorità li ġejjin:

 

•     

Tappoġġja intrapriżi innovattivi li għadhom jibdew u intrapriżi stabbiliti reċentement

•     

Issaħħaħ u tappoġġja n-netwerks Ewro-Mediterranji, raggruppamenti, konsorzji u katini tal- valur fis-setturi tradizzjonali u s-setturi mhux tradizzjonali

•     

Tappoġġja t-trasferiment teknoloġiku u l-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka

•     

Tipprovdi liż-żgħażagħ, speċjalment dawk li jappartjenu man-NEETS, u lin-nisa, b'ħiliet li jistgħu jinbiegħu

•     

Ġestjoni tal-ilma - Jappoġġjaw inizjattivi sostenibbli li jimmiraw għal soluzzjonijiet innovattivi u teknoloġiċi biex tiżdied l-effiċjenza tal-ilma

•     

Trattament ta’ skart u riċiklaġġ - Tnaqqas il-ġenerazzjoni ta' skart muniċipali, tippromwovi ġbir separat mis-sors u l-aħjar użu tiegħu

•     

Enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-enerġija - Appoġġ għal rijabilitazzjonijiet ta’ enerġija kost-effettivi u innovattivi relevanti għal tipi ta’ bini u żoni klimatiċi, b’enfasi fuq bini pubbliku

 

Il-benefiċjarji eliġibbli jinkludu awtoritajiet pubbliċi, korpi regolati mil-liġi pubblika, istituzzjonijiet privati ​​u organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw fiż-żona eliġibbli tal-Programm.

 

Sessjoni ta’ informazzjoni rigward din is-sejħa għandha ssir fil-ġimgħat li ġejjin. Aktar dettalji jiġu kkomunikati fi żmien qasir.

 

Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa tista’ tinkiseb mill-websajt tal-Programm: http://enicbcmed.eu/calls-for-proposals/call-for-strategic-projects

 

Published On: 28/03/2019