Dan il-proġett ser jindirizza l-isfidi sabiex ikun hawn trasport marittimu aktar sikur, tkun protetta l-ħajja tan-nies fuq il-baħar, kif ukoll jissalvagwardja r-riżorsi tal-baħar u tal-kosta minn ħsarat irriversibbli. Il-proġett għandu l-ħsieb li jestendi l-firxa tan-netwerk tar-radar HF eżistenti għall-parti ta’ fuq tal-Kanal ta' Malta u Sqallija u anki għall-parti t’isfel tal-arċipelagu Malti.
Permezz ta’ dan il-proġett ser jinħoloq monitoraġġ ġdid, kif ukoll għodda tat-tbassir u ser iwassal servizzi operattivi mfassla apposta biex jassistu entitajiet nazzjonali għas-sigurtà marittima, salvataġġ u impenn f'sejħiet ta' emerġenza.