Ċelebrazzjoni tal-25 sena tal-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA)

Dettalji
Data tal-Avveniment: 
05/10/2019
Ħin tal-Avveniment: 
7:00pm - 12:00am

Post: 
Fort St Elmo Valletta
Uri fuq il-mappa

Imejl: 
Numru tat-telefown: 

Ir-reġistrazzjonijiet magħluqa

Id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi (FPD), fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi tal-UE u d-Djalogu Soċjali, fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza (MEAE) bħala l-Punt Fokali Nazzjonali għall-Għotjiet tal-EEA u n-Norveġja f'Malta, organizzaw avveniment multikulturali, biex jiċċelebraw il-25 Anniversarju tal-Għotjiet tal-EEA.

L-avveniment sar fil-Forti Sant’Iermu waqt in-Notte Bianca nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru 2019, bejn is-sebgħa u nofs il-lejl.  Ħames pajjiżi benefiċjarji parteċipanti bħala l-Punti Fokali Nazzjonali jiġifieri Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, il-Polonja u r-Rumanija, pparteċipaw u ppreżentaw l-ikel tradizzjonali, l-artiġjanat u l-letteratura tagħhom. Preżentazzjonijiet qosra ngħataw minn kull pajjiż, inkluż informazzjoni dwar proġetti li qed isiru taħt dawn l-istess għotjiet. L-FPD bħala l-Punt Fokali Nazzjonali kien irrappreżentat ukoll matul l-avveniment, flimkien ma' delegati mill-pajjiżi Donaturi jiġifieri l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja u l-Uffiċċju għall-Mekkaniżmu Finanzjarju fi Brussell.

Kien hemm ukoll esibizzjoni tal-arti, ibbażata fuq kompetizzjoni ta' tpinġija li kienet miftuħa għal tfal bejn it-12 u 16-il sena, bit-tema ta’ Poverty Reduction u, matul is-serata, ir-rebbieħa tħabbru u ġew ippreżentati premjijiet mill-Onor Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Dr Edward Zammit Lewis. Il-pubbliku inġenerali ġie mistieden iżur l-istands tul il-lejl tan-Notte Bianca.

Video Embed: 
MDPMhvl8PFQ