Proġett CONSUME-LESS

L-għan prinċipali tal-proġett CONSUME-LESS huwa li jikkontribwixxi għall-immaniġjar sostenibbli tal-ilma, l-enerġija u l-iskart, b’enfasi partikolari fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-ilma u l-enerġija kif ukoll it-tnaqqis fl-iskart.

Dan ser isir bil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart fil-qasam tat-turiżmu. Il-proġett jipprevedi l-ħolqien tat-tikketta CONSUME-LESS bħala indikazzjoni li t-tħassib ambjentali jista' jiġi tradott bħala vantaġġ fis-suq tat-turiżmu.

Spiża: 
€ 611,000
Benefiċjarju: 
Aġenzija għall-enerġija u Ilma, Ministeru għal Għawdex