Qafas għall-ġbir tad-data Programm Multiannwali 2014-2016


L-immaniġġjar tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jiddependi fuq data miġbura, ġestita u pprovduta mill-Istati Membri skont il-qafas għall-ġbir tad-data. Data tas-sajd affidabbli hija bżonnjuza biex tevalwa s-saħħa tal-istokkijiet tal-ħut u tal-ambjent tal-baħar u biex tilħaq l-għan tal-Unjoni Ewropea li tiżgura sajd sostenibbli sa mhux aktar tard mill-2020.

Permezz ta’ din l-operazzjoni, id-data dwar is-sajd tinġabar f’ħafna modi: f’portijiet jew fuq il-baħar minn osservaturi abbord bastimenti tas-sajd kummerċjali, permezz ta’ stħarrig xjentifiku fuq il-baħar biex jillokalizza u jsegwi ħażniet ta’ ħut, minn data ta’ kontroll li tinġabar minn ġurnali miżmuma abbord, noti ta’ bejgħ u data tas-satellita, u permezz ta’ stħarrig soċjoekonomiku tas-setturi tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar.  

Spiża: 
€ 1.8 M
Benefiċjarju: 
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima