Tnedija tal-Programm għall-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea u tan-Norveġja 2014-2021

Dettalji
Data tal-Avveniment: 
12/09/2018
Ħin tal-Avveniment: 
9:00am - 1:00pm

Post: 
The Palace Hotel Sliema
Imejl: 
Numru tat-telefown: 

Ir-reġistrazzjonijiet magħluqa

 

 

It-tnedija tal-Programm għall-Għotjiet taż-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja 2014-2021 seħħet fit-12 ta' Settembru 2018. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti H.E. Margit F. Tveiten, Ambaxxatriċi Norveġiża għal Malta, l-Onor. Aaron Farrugia, Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, is-Sur Raphael Scerri, Direttur Ġenerali fid-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi, u t-taqsima Bilaterali fi ħdan l-istess Diviżjoni. Erba’ proġetti ser jiġu implimentati taħt il-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja 2014-2021, jiġifieri: 

 "Reduction in social inequalities in health and the burden of disease" implimentat mill-Ministeru tas-Saħħa, li jiswa € 2,407,059; 

 "Opportunity Knocks (OK)” implimentat mill-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), li jiswa € 941,176; 

 "Training of Local Council Staff in Principles of Good Governance, Transparency and Accountability", li għalih ġiet allokata s-somma ta' € 200,000, b’mod addizzjonali għas-somma ta' € 1.1 miljun f'għotjiet għal Kunsilli Lokali f'Żoni Urbani mmexxija mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali; 

 "Training of Local Council Staff in Principles of Good Governance, Transparency and Accountability’" implimentat minn Heritage Malta, li jiswa € 2,015,529.

 

 

 

Benefiċjarji Potenzjali: 
Settur: