EnerNETMob

L-għan tal-proġett EnerNETMob hu li jabbozza, jittestja u jtejjeb “Pjanijiet Sostenibbli ta’ Elettromobilità” paralleli skont standards komuni u politiki b'livell baxx ta' karbonju, sabiex jiġi stabbilit “Netwerk Interreġjonali ta’ Elettromobilità” f'numru ta' bliet taż-żona transnazzjonali MED. Għal dan il-għan, il-proġett għandu jippromwovi l-intermodalità bejn l-art u l-baħar bl-użu ta' sistemi ta' trasport elettriku, filwaqt li jimplimenta netwerks pilota inter-urbani u interreġjonali ta’ Tagħmir għall-Provvista ta' Vetturi Elettriċi (EVSE), li wkoll jitħaddmu parzjalment minn Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli.

Spiża: 
€396,895
Benefiċjarju: 
Transport Malta