Programm ENI CBC Med 2014-2020

Numru tat-telefown: 
Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għandha l-għan li tiżviluppa relazzjoni speċjali bejn l-Unjoni Ewropea u kull wieħed mill-pajjiżi msieħba tagħha, fejn tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ qasam ta’ sigurtà komuni, prosperità u viċinanza tajba. Ghaldaqstant, l-UE ilha taħdem id f’id mal-imsieħba Mediterranji tagħha, biex tfassal programmi ta’ kooperazzjoni li jqisu l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull pajjiż.
Il-kooperazzjoni transkonfinali għandha rwol essenzjali fil-kuntest tal-PEV inġenerali. Hija distinta minn forom oħra ta’ kooperazzjoni, minħabba li topera għall-benefiċċju taż-żewġ naħat tal-fruntieri esterni tal-UE u tibbaża fuq fondi minn taqsimiet fil-baġit tal-UE, kemm esterni, kif ukoll interni. Il-programmi transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-imsieħba tal-Viċinat, huma fost it-tipi ta’ programmi appoġġjati mill-ENI, li tibni fuq l-esperjenza meħuda mill-Programmi tal-ENPI CBC.

Baġit: 

€ 234,000,000