Nesploraw Flimkien it-Teżori tal-Baħar! Attività ġewwa l-pixkerija fil-Marsa

Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura (Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima) se jorganizza attività ġewwa l-pixkerija fil-Marsa bejn il-Ġimgħa 29 ta' Ġunju u l-Ħadd 1 ta' Lulju mill-10 am sa l-4 pm.

Ejja mal-familja u l-ħbieb tiegħek sabiex titgħallem fatti interessanti ġodda dwar is-settur tas-sajd, tiltaqgħu ma’ Roger il-Gawwi u ħafna aktar. Żgur attività li m'għandhiex tintilef!

Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (2014 - 2020). Investiment f'Sajd u Akkwakultura Sostenibbli.

Published On: 25/06/2018