Nesploraw Flimkien it-Teżori tal-Baħar!


Nesploraw Flimkien it-Teżori tal-Baħar! hija kampanja promozzjonali mnedija mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura fi sħubija mad-Dipartiment tal-Kurrikulu, Riċerka, Innovazzjoni u Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li jaqgħu taħt il-mandat tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi.

Flimkien, il-promoturi tal-proġett żviluppaw vidjow animat akkumpanjat bi ktejjeb edukattiv illustrat u pupazz tal-maskot tal-kampanja. Dawn ir-riżorsi edukattivi tqassmu lill-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex u huma mistennija li jiġu utilizzati bħala riżorsi ta' tagħlim primarju (sena 3 u sena 4) fis-snin skolastiċi li ġejjin.

Il-kampanja, minbarra li timmira lill-istudenti tal-iskola primarja, timmira lill-pubbliku ġenerali permezz tax-xandir ta' reklami fuq diversi pjattaformi tal-midja. Ġie organizzat open weekend fl-aħħar ta' Ġunju, 2018, fejn partijiet interessati ġew mistiedna jxerrdu informazzjoni lill-pubbliku ġenerali.

Il-kampanja fittxet li tikkomunika tliet messaġġi prinċipali:

(i) Għarfien dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut lokali;

(ii) Konsum ta' ħut sostenibbli;

(iii) Ir-rwol ta' kull individwu fil-konservazzjoni

Spiża: 
€250,000
Benefiċjarju: 
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura - Ministeru għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima