Published On: 25/03/2020
Covid-19, Announcement

Fid-dawl tal-imxija tal- Covid19, b’effett immedjat u sa ma jinħareġ avviż ieħor, sabiex jiġu protetti l-klijenti u l-impjegati tagħha, id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi (DPF) ser tkun qed tilqa’ membri tal-pubbliku fl-uffiċini tagħha biss bl-appuntament. Kull min jitlob appuntant irid ukoll jagħti r-raġuni tiegħu / tagħha għall-bżonn li ssir laqgħa mal-uffiċjali tad-Diviżjoni. Minbarra dan, biex persuna tidħol fl-uffiċini tad-DFP, trid tkun liebsa lbies protettiv u trid tosserva l-miżuri dwar l-iġjene u d-distranza soċjali stabbiliti mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.
Il-klijenti huma mħeġġa jsegwu regolarment is-sit elettroniku tad-DPF - www.eufunds.gov.mt - għal notifiki. Huma jistgħu wkoll jikkuntattjaw lid-Diviżjoni permezz tat-telefon jew inkella jużaw is-servizzi elettroniċi tagħha biex jaċċessaw is-servizzi tad-DPF.
Filwaqt li nagħmlu l-almu tagħna biex niżguraw il-kontinwità tas-servizz, id-DPF tapprezza l-appoġġ u l-kooperazzjoni tal-klijenti.
Kwalunkwe applikazzjoni għal finanzjament jew mistoqsijiet għandhom isiru BISS permezz ta’ email fuq l-indirizzi elettroniċi li ġejjin (Wieħed għandu jsegwi l-paġni tas-sit elettronikku apposta għal aktar informazzjoni marbuta ma’ kull programm):
Il-programmi ta’ Żvilupp Rurali (PŻR): rdd.mfea@gov.mt
Il-programm tas-Sajd: fpd.mfea@gov.mt
Programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali: territorialcoop.fpd@gov.mt
Il-fondi taż-ŻEE u tan-Norveġja: eeanorway@gov.mt
Il-fondi ta’ Migrazzjoni: fpd.mfea@gov.mt
Mistoqsijiet Ġenerali: fpd.mfea@gov.mt
F’każ ta’ bżonn ta’ assistenza, qabel ma’ jsiru appuntamenti, l-klijenti huma mħeġġa li jċemplu fuq dawn in-numri li ġejjin:
Fond għas-Sajd:+ 356 2200 1273, + 356 2200 1228
Fondi ta’ Migrazzjoni:+ 356 2200 1158, + 356 2200 1145
Programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali:+ 356 2200 1104, + 356 2200 1160, + 356 2200 1284
Il-programm tan-NORVEĠJA / ŻEE: + 356 2200 1115, + 356 2200 1151
Awtorità Nazzjonali — Erasmus: + 356 2200 1127
Programm ta’ Żvilupp Rurali: (irreferi għat-tabella hawn taħt)
Miżura |
Numru tat-telefown ta’ kuntatt |
M1.1 (Taħriġ), M1.2 (Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni u Azzjonijiet ta’ Informazzjoni), M2.1 (Konsultattiv), M10.1 (AECM), M11 (Organic), M13.3 (ANC) |
+ 356 2200 1137 |
M4.2 (Proċessar), M6.4 (Diversifikazzjoni), M10.2 (konservazzjoni & użu sostenibbli & żvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura) |
+ 356 2200 1083 |
Applikazzjonijiet Ġodda M4.1 |
+ 356 22001117 |
M4.1 Proġetti Intratti (I investimenti f’azjendi agrikoli), M6.1 (Bdiewa Żgħażagħ) |
+ 356 2200 1162 |
M3.1 (Skemi ta’ kwalità), M3.2 (Promozzjoni ta’ Skemi ta’ Kwalità), M4.3 (żvilupp, modernizzazzjoni jew adattament tal-agrikoltura u l-forestrija — Toroq u Ilma), M16.2 (kooperazzjoni, proġetti pilota), M16.4 (kooperazzjoni bejn l-atturi tal-katina tal-provvista), M16.6 (kooperazzjoni, forniment ta’ bijomassa) |
+ 356 2200 1059 |
M4.4 (Investimenti mhux produttivi Ruble Walls), M8.5 (Forestrija) |
+ 356 2200 1177 |
M19 (LEADER) |
+ 356 2200 1120 |
Programmi oħra / mistoqsijiet: + 356 2200 1476
Aġġornat fl-10 ta' Ġunju 2020