Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar is-Sejħiet Miftuħa ta’ Applikazzjonijiet taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Miżura I.6 u I.20

Dettalji
Data tal-Avveniment: 
20/07/2018
Ħin tal-Avveniment: 
10:00am - 12:00pm

Imejl: 
Numru tat-telefown: 

Ir-reġistrazzjonijiet magħluqa

Ser isir sessjoni ta’ informazzjoni għall-applikanti prospettivi fil-20 ta’ Lulju 2018.

Il-Formola tar-Reġistrazzjoni biex tipparteċipa f’tali sessjoni tista titniżżel minn hawn taħt.  Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu t-talba tagħhom għar-reġistrazzjoni fuq l-indirizz elettroniku tad-Diviżjoni fpd.meae@gov.mt sa mhux aktar tard min-nofsinhar tat-13 ta’ Lulju 2018. Il-post fejn ser iseħħ is-sessjoni ta’ informazzjoni jiġu kkomunikati iżjed ‘il quddiem lil dawk is-sajjieda li rregistraw għas-sessjoni ta’ informazzjoni.

Il-formola ta' applikazzjoni biex tapplika għal assistenza finanzjarja taħt iż-żewġ miżuri tista' titniżżel mil-links li ġejjin:

http://www.eufundsmalta.gov.mt/calls?nid_entityreference_filter=All&stat=open&field_sector_tid=42&field_potential_beneficiaries_tid=All / https://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/Pages/News-and-Events.aspx

Għal aktar informazzjoni l-applikanti interessati għandhom iċemplu fuq in-numru tat-telefon 2200 1108 jew jibgħatu imejl fuq fpd.meae@gov.mt .

Benefiċjarji Potenzjali: