Interreg Euro-MED Programme 2021-2027 | L-Ewwel Sejħa għall-Proġetti

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi, UPM, tixtieq tinforma li daqt se tinfetaħ sejħa għal proposti għal proġetti taħt il-Programm Interreg Euro-MED 2021-2027. Din l-ewwel sejħa se tkun qed tiffoka fuq il-priorità: governanza aħjar fil-Mediterran.

 

Il-Segretarjat Konġunt tal-programm ser jorganizza seminar għall-applikanti nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar. Wieħed jista’ jirreġistra biex jipparteċipa għal dan is-seminar fuq: https://interreg-med.eu/no-cache/news-events/events/detail/actualites/applicant-seminar-call-for-governance-projects/.  

 

Għal iżjed informazzjoni fuq il-programm Interreg Euro-MED 2021-2027 tista’ żżur is-sit: https://interreg-med.eu/about-us/futureinterregmedprogramme/.

Published On: 27/01/2022