Ir-raba' sejħa taħt il-Programm Interreg Ewropa

Dettalji
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

L-Unità tal-Kooperazzjoni Territorjali tixtieq tinforma li r-rabà sejħa għall-proposti ta’ proġetti taħt il-Programm Interreg Ewropa 2014-2020 fetħet fis-7 ta’ Mejju 2018 u ddum miftuħa sat-22 ta’ Ġunju 2018 f’12:00. Din is-sejħa, li mistenni tkun l-aħħar sejħa taħt dan il-Programm ser ikollha allokazzjoni baġitarja ta’ madwar € 74 miljun FEŻR u ser tiffoka fuq l-oqsma prijoritarji li ġejjin: 

a. Tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni;
b. It-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs
c. Appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta’ karbonju fis-setturi kollha u
d. Il-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi.

Il-benefiċċjarji eliġibbli jinkludu awtoritajiet pubbliċi, korpi rregolati mil-liġi pubblika u entitajiet privati li ma jagħmlux profitt u li joperaw fiż-żona eliġibbli tal-Programm li tinkludi 28 Stat Membru Ewropej kif ukoll in-Norveġja u l-Isvizzera. Il-korpi pubbliċi u l-korpi rregolati mil-liġi pubblika huma eliġibbli għal rata ta’ ko-finanzjament ta' 85%, filwaqt li entitajiet privati li ma jagħmlux profitt jistgħu jirċievu ko-finanzjament  ta’ 75%.

Settur: