Sejħa għal proġetti ta' kumpens tal-marka tal-karbonju

Dettalji
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Territorjali fi ħdan id-Diviżjoni tal-Fondi u l-Programmi, OPM, tixtieq tinforma li sejħa għal proposti għal proġetti ta’ kumpens tal-marka tal-karbonju taħt il-Programm Interreg MED 2014-2020 hija miftuħa sal-15 ta’ April 2021. Il-proġett/i finanzjat(i) ser jiżviluppa(w) metodoloġija għall-kalkolu tal-marka tal-karbonju kkawżata mill-implimentazzjoni tal-proġetti MED u jippromwovi(u) prattiċi tajba fit-tpaċija tal-karbonju.

 

Is-Segretarjat Konġunt tal-programm Interreg MED ser jorganizza seminar tal-applikanti nhar il-Ħamis 4 t’ Marzu 2021, skont l-aġenda: https://interreg-med.eu/fileadmin/user_upload/Sites/Programme/News_events/Events/01_Programme_events/02_Applicant_seminars/Call_for_Carbon_footprint_compensation_projects/Agenda_Invit_carbon_footprint_EN.pdf

 

Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa tista’ tiġi aċċessata permezz tal-websajt tal-Programm: https://interreg-med.eu/fund-my-project/calls-for-projects/call-for-carbon-footprint-compensation-projects/.

 

Published On: 02/03/2021