Tnedija tal-Proġett Predefinit PDP4: Il-Mużew Marittimu ta' Malta: l-iżvilupp lokali permezz tal-wirt kulturali - 16 ta' Jannar 2019

Dettalji
Data tal-Avveniment: 
16/01/2019
Ħin tal-Avveniment: 
10:00am - 12:00pm

Post: 
Malta Maritime Museum in Vittoriosa
Uri fuq il-mappa

Imejl: 
Numru tat-telefown: 

Ir-reġistrazzjonijiet magħluqa

Il-Mużew Marittimu ta’ Malta li jinsab fil-Birgu, qed iżid l-ispazju totali tal-mużew pubbliku kif ukoll l-ispazju tal-wirjiet tiegħu, filwaqt li qed jestendi l-online outreach, permezz tad-diġitizzazzjoni ta’ 2,600 oġġett mill-kollezzjoni tiegħu. Dan ifisser li l-ispazju totali tal-faċilitajiet tal-viżitaturi, il-mużew u l-ispazju ta’ wirjiet, se jiżdied għal 1,629 metru kwadru mill-1,086 metru kwadru oriġinali.

Dan il-proġett ta’ €2,015,529 huwa parzjalment finanzjat min-Norveġja permezz tal-Għotjiet tan-Norveġja. Il-proġett kapitali ser ikun iffinalizzat fl-2022 u huwa maħsub li jwassal għal żieda annwali ta’ 5,000 viżitatur ieħor u għal firxa usa’ lejn l-udjenza diġitali tal-Mużew Marittimu ta’ Malta.