Monitoraġġ ambjentali tal-baħar: lejn ġestjoni effettiva tal-ilmijiet marittimi ta’ Malta (EMFF 8.3.1)

Sajjieda

Din l-operazzjoni se tibda l-implimentazzjoni ta' monitoraġġ ambjentali sostnut fl-ilmijiet marittimi bil-għan li tevalwa l-istat tal-ilmijiet marittimi ta' Malta fuq bażi kontinwa u tindirizza n-nuqqasijiet attwali fl-għarfien. L-operazzjoni se tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Ippjanar Spazjali Marittimu u l-Politika Marittima Integrata permezz tat-titjib tal-għarfien.

L-għan ġenerali tal-operazzjoni huwa li tipprovdi l-għarfien meħtieġ għal ġestjoni effettiva tal-ambjent tal-baħar u tippermetti l-użu sostenibbli ta' prodotti u servizzi tal-baħar minn ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Barra minn hekk, permezz ta' din l-operazzjoni l-ERA se tkompli taħdem biex tikseb Status Ambjentali Tajjeb fl-ilmijiet marittimi ta' Malta. L-operazzjoni għandha wkoll l-għan li tikseb ir-rekwiżit ta' monitoraġġ ta' diversi politiki tal-UE u dawk marittimi reġjonali, inkluż d-Direttiva Kwadru tal-Istrateġija Marittima tal-UE (2008/56 / KE), id-Direttiva li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (2000/60/KE), id-Direttiva dwar il- konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (92/43 / KEE) u l-Konvenzjoni ta' Barċellona.

Spiża: 
€ 1.6 M
Benefiċjarju: 
L-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent