Measure 10.2 - Support for conservation and sustainable use and development of genetic resources in agriculture

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

Din is-sottomiżura għandha l-għan li tipprovdi għal konservazzjoni, żvilupp u użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura sabiex jiġi żgurat li tiġi ppreservata l-akbar diversità ġenetika possibbli f’perjodu ta’ żmien twil ħafna.

Ir-riżorsi ġenetiċi huma riżorsa strateġika fil-qalba ta’ produzzjoni sostenibbli.  Il-konservazzjoni u użu effiċjenti tagħhom huwa kritiku għas-salvagwardjar tas-sigurtà ta’ ikel u n-nutrizzjoni, kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni.  Biex nirbħu din l-isfida jeħtieġ li jkun hemm fluss kontinwu ta’ uċuħ tar-raba’ u varjetajiet imtejjba għal kondizzjonijiet partikolari tal-agroekosistema.  It-telf ta’ diversità ġenetika inaqqas l-għażliet ta’ ġestjoni sostenibbli ta’ agrikultura reżiljenti, fid-dawl ta’ ambjenti avversi, u kondizzjonijiet meteroloġiċi li jinbidlu b’ritmu mgħaġġel.

L-art limitata u l-bżonn li jiġi pproduċut aktar u prodotti varji wassal għall-introduzzjoni ta’ speċi u varjetajiet ġodda.  Ir-riżultat finali huwa li l-ġenotipi lokali tagħha diġà intilfu jew huma fil-periklu li jiġu estinti.  Din is-sottomiżura huja intiża għall-appoġġ ta’ attivitajiet li jippermettu valorizzazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet (pjanti u annimali) li huma vulnerabbli b’mod speċifiku għal erożjoni ġenetika. 

L-investimenti kollha taħt din is-sottomiżura, kemm fuq ir-razzett u barra mir-razzett, għandha ssir f’żona rurali identifikata fl-Anness Nru. I tan-Noti ta’ Gwida. Aktar kondizzjonijiet dwar l-eligibilità jinsabu fuq in-Noti ta’ Gwida għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet. 

L-awtorità ta’ Ġestjoni tavża li l-Miżura 10,2 ser tibqa’ miftuħa sal-24 ta’ Settembru 2019.  L-ebda applikazzjoni oħra ma ser tiġi milqugħa wara din id-data, sakemm ma jkunx hemm xi notifika ulterjuri mil-istess awtorità.

Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 19/06/2019