Miżura 11.1 - Pagament għall-konverżjoni għal prattiki u metodi tal-biedja organika

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

Din il-miżura tipprovdi sapport lill-bdiewa sabiex jikkonvertu parti mill-produzzjoni tagħhom jew il-produduzzjoni kollha tagħhom għall-prattiċi organiċi. Pagamenti għall-konverżjoni japplikaw għall-massimu ta’ sentejn minn meta tingħata iċ-ċertifikazzjoni tal-konverżjoni maħruġ mill-Awtorità ta' Kontroll jew Korp ta’ Kontroll.

Ir-rata tal-pagament imbad tinqaleb għal dik ta’ manteniment wara li jispiċċa iż-zmien ta’ konverżjoni. Hekk kif il-benefiċjarju jiġi ċertifikar bħala “organiku” dan għandu jinforma minnufih lill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali sabiex titwaqqaf ir-rata ta’ konverżjoni. Taħt din il-miżura, qasam ta’ art ma jistax jibbenefika mir-rata ta’ konverżjoni għal iktar minn sentejn, irrispettivament jekk wieħed ikunx kiseb status “organiku” jew le.

Ir-rata ta’ pagament għall-miżura 11.1 hija ta’ €1,208.55 għal kull ettaru ta’ art li qiegħda f’konverżjoni.

Applikazzjonijiet sabiex wieħed jipparteċipa f’din il-miżura ser jintlaqgħu bejn it-22 ta’ Lulju u is-16 ta’ Settembru 2019.

L-applikanti għandhom jieħdu magħhom il-karta tal-identità u pjan tas-sit tal-għelieqi tagħhom. Dawk li ser jirrapreżentaw lil ħaddieħor għandhom jippreżentaw prokura iffirmata minn-nutar u l-karta tal-identità tar-rappreżentant. F’każ ta’ trasferiment ta’ art permezz ta’ wirt, kopja tat-testment għandu jiġi preżentat.

L-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu bejn is-7.30 ta’ filogħdu u nofsinhar ġewwa il-Front Office ta’ l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) fil-Pitkalija, Ta’ Qali u f’Għawdex ġewwa il-Front Office li jinsab fir-Razzett Esperimnetali, ix-Xewkija.

Għal iktar informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni tista tikkuntattja lill- Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) fuq 2292 6148 jew arpa.mesdc@gov.mt.

Għal informazzjoni dwar dawn l-iskemi tista tikkuntattja l-Awtorità ta’ Ġestjoni fuq 2200 1108 jew rdd.meae@gov.mt

Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 26/07/2019