Miżura 11.2 – Pagament biex jinżammu sistemi u metodi ta' biedja organika​​

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

Din il-miżura tipprovdi sapport għall-benefiċjarji sabiex iżommu l-prattika organika għall-minimu ta’ ħames snin. Din il-miżura għalhekk ser tipprovdi sapport lill-bdiewa li kkonvertew il-produzzjoni tagħhom f’waħda organika, wara sentejn jibbenefikaw minn miżura 11.1.

Din il-miżura tipprovdi ukoll sapport lill-bdiewa li diġa huma ċertifikati bħala organiċi, anke jekk ma bbenefikawx minn miżura 11.1. Il-benefiċjarji għandhom jikkommettu li jżommu produzzjoni organika għal ta’ l-anqas ħames snin.

Sapport taħt din il-miżura ser jingħata għal massimu ta’ ħames snin. Dan it-tul ta’ żmien jista jiġi estiż skont id-diskrezzjoni tal-Awtorità ta Ġestjoni f'konformità ma’ Artiklu 29 (3) tar-Regolament UE Nru. 1305/2013.

Ir-rata ta’ pagament għall-miżura 11.2 hija ta’ €555.28 għal kull ettaru ta’ art li hija ċertifikata organika.

Applikazzjonijiet sabiex wieħed jipparteċipa f’din l-iskema ser jintlaqgħu bejn it-22 ta’ Lulju u is-16 ta’ Settembru 2019.

L-applikanti għandhom jieħdu magħhom il-karta tal-identità u pjan tas-sit tal-għelieqi tagħhom. Dawk li ser jirrapreżentaw lil ħaddieħor għandhom jippreżentaw prokura iffirmata minn-nutar u l-karta tal-identità tar-rappreżentant. F’każ ta’ trasferiment ta’ art permezz ta’ wirt, kopja tat-testment għandu jiġi preżentat.

L-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu bejn is-7.30 ta’ filogħdu u nofsinhar ġewwa il-Front Office ta’ l-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) fil-Pitkalija, Ta’ Qali u f’Għawdex ġewwa il-Front Office li jinsab fir-Razzett Esperimnetali, ix-Xewkija.

Għal iktar informazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjoni tista tikkuntattja lill- Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) fuq 2292 6148 jew arpa.mesdc@gov.mt.

Għal informazzjoni dwar dawn l-iskemi tista tikkuntattja l-Awtorità ta’ Ġestjoni fuq 2200 1108 jew rdd.meae@gov.mt

Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 26/07/2019