Miżura 4.2 - Appoġġ għal Investiment għall-Ħolqien u Żvilupp ta' Attivitajiet mhux Agrikoli

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

Din is-sottomiżura għandha l-għan li toffri sostenn lill-bdiewa kif ukoll lill-proċessuri fiż-żieda fil-valur ta’ prodotti primarji jew fl-iżvilupp ta’ prodotti ġodda, u/jew biex jiftħu fi swieqi ġodda.

L-ipproċessar ta’ prodott agrikolu ifisser kull operazzjoni fuq prodott agrikolu li tirriżulta fi prodott agrikolu (Anness I TFUE).  L-attivitajiet ta’ ipproċessar ma jistawx ikunu dwar il-preparazzjoni ta’ prodott agrikolu fuq ir-razzett għal bejgħ lil entitajiet għal ipproċessar ulterjuri.  L-appoġġ għal marketing għandu jkun marbut ma’ attivitajiet aktar l-isfel fil-katina tal-forniment, u mhux għall-bejgħ ta’ prodott primarju għal ipproċessar ulterjuri.  Madankollu, il-produtturi primarji jistgħu igawdu minn appoġġ fil-marketing jekk ibiegħu il-prodott lill-konsumatur aħħari f’bini separat riservat għal dan il-għan.  L-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli jirreferi għaż-żieda fil-valur ta’ prodotti agrikoli, titjib fil-kwalità li jmur lil hinn minn standards kurrenti, applikazzjoni ta’ metodi u teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni jew titjib fil-preżentazzjoni ta’ prodott.

Eżempji ta’ operazzjonijiet li jistgħu jkunu ffinanzjati jinkludu l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji u proċeduri għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda jew ta’ kwalità aħjar u ftuħ fi swieqi ġodda, b’mod speċjali fil-kuntest ta’ katina ta’ forniment qasira; u investimenti għall-konformità ma’ standards tal-Unjoni li ser jiġu obbligatorji fil-futur qarib.

L-ewwel sejħa hija ristretta għal Ipproċessar u/jew Żvilupp biss.

Published On: 21/11/2018