Miżura 6.1 - Għajnuna tal-bidu għall-bdiewa żgħażagħ

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Sejħa Miftuħa
Data tal-Għeluq: 
30/09/2022 - 12:00

Din il-miżura se tgħin lill-bdiewa żgħażagħ li beħsiebhom jinvolvu ruħhom f’attività agrikola bħala l-kapijiet prinċipali tar-razzett jew art biex jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba. Il-bdiewa żgħażagħ jaffaċċjaw firxa wiesgħa ta’ ostakoli biex jidħlu fl-attività agrikola b’mod speċjali biex jiksbu l-art minħabba l-ispejjeż għolja tax-xiri jew tal-kiri. Il-frammentazzjoni tal-art, id-diffikultajiet fil-ksib ta’ self għall-investimenti fin-negozju, il-problemi fl-aċċess għas-swieq u r-reżistenza minn bdiewa akbar fl-età huma wkoll problemi li l-bdiewa l-ġodda jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom.


Il-bdiewa żgħażagħ li jkunu qed jagħmlu użu mill-Miżura 6.1 huma inkoraġġiti jagħmlu użu mit-taħriġ skont il-Miżura 1 u mill-pariri speċifiċi għall-proġetti tagħhom skont il-Miżura 2 li jgħinuhom jinkorporaw l-adattament fit-tul u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima fil-pjanijiet tan-negozju tagħhom.

L-Awtorità ta’ Ġestjoni tixtieq tinforma li din is-sotto miżura hija magħluqha u sa kemm ma jiġix notifikat mod ieħor, mhux ser jintlaqgħu iktar applikazzjonijiet. 

 

Settur: 
Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 13/03/2018