MedSNAIL

Il-proġett MedSNAIL għandu l-għan li jindirizza problemi u sfidi fis-settur tal-ikel agrikolu, bħal: nuqqas gradwali ta' varjazzjonijiet lokali, faqar rurali, nuqqas ta' business planning u strateġiji tas-suq. Il-proġett ser jindirizza dawn l-isifidi billi jrawwemil-valorizzazzjoni u l-iżvillup ta' value-chains tal-ikel agrikolu tradizzjonali żgħar, li jikkombinaw potenzjalitajiet tas-suq iżjed imsaħħa u sostenibilita' soċjo-ekonomika. L-attivitajiet tal-proġett ser jibnu fuq esperjenza stabbilita', prinċipji u metodi ta' SlowFood, organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi ikel tradizzjonali b'enfasi fuq il-preservazzjoni tal-biodiversita'.

 

Spiża: 
€217,171.48
Benefiċjarju: 
Integrated Resources Management (IRM) Co. Ltd