Sejħa għall-proposti rigward proġetti ta’ l-akkwakultura ikkofinanzjati mill-FEMS 2014-2020

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi fl-irwol tagħha bħala l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-Programm Operattiv Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd qegħda tannunċa l-varar ta’ sejħa miftuħa għall-proposti rigward proġetti immirati lejn intrapriżi ta’ l-akkwakultura għal dawn il-miżuri:

Artikolu 48(i) a-d, f-h
Miżura II.2
Investimenti produttivi fl-akkwakultura

Artikolu 48(i) e, i, j
Miżura II.3
Investimenti produttivi fl-akkwakultura
Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, tnaqqis fl-użu ta’ l-ilma u sustanzi kimiċi, sistemi ta’ riċirkolazzjoni li jiminimizzaw l-użu ta’ l-ilma

Is-sejħa pubblika għall-proposti ta’ proġetti taqa’ fi ħdan il-Prijorita’ tal-Unjoni Numru 2:  It-trawwim ta’ akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq lgħarfien - Artikolu 48(1) Investimenti produttivi fl-akkwakultura (Miżuri II.2 and II.3).

Din is-sejħa (li tkopri ż-żewg Miżuri msemmija qabel) għandha allokazzjoni totali ta’ madwar €2mn f’fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta’ Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l-allokazzjoni. Applikanti prospettivi qed jiġu nkuraġġiti jaqraw il-formula ta’ l-Applikazzjoni u n-noti gwida rispettivi. Kundizzjonijiet jistgħu japplikaw.

L-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa jistgħu jitniżżlu minn hawn taħt jew inkella minn fuq il-link:https://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/Pages/News-and-Events.aspx

L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tinnota li filwaqt li din is-sejħa hija miftuħa għal żewġ miżuri differenti kif speċifikat hawn fuq, l-istess Formola ta' Applikazzjoni tista' tintuża għal kull sejħa. L-applikanti eliġibbli huma mħeġġa jikkonsultaw in-noti ta' gwida fl-applikazzjoni f'dan ir-rigward biex jiżguraw li t-taqsimiet applikabbli huma kompletati skond il-miżura magħżula.

Ser isir sessjoni ta’ informazzjoni għall-applikanti prospettivi fis-26 ta’ Lulju 2018 fl-10:00 fil-binja tad-Diviżjoni fi Triq il-Kukkanja, Sta. Venera.
l-Formola tar-Reġistrazzjoni biex tipparteċipa f’tali sessjoni tista titniżżel minn hawn taħt.  Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu t-talba tagħhom għar-reġistrazzjoni fuq l-indirizz elettroniku tad-Diviżjoni fpd.meae@gov.mt sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Lulju 2018.
Wieħed jista jirreġistra ukoll billi jagħfas “Reġistrazzjoni biex tattendi għal Avveniment”.

Agħfas hawn biex taċċessa l-preżentazzjoni li ġiet mogħtija fis-26 ta' Lulju 2018. 

Il-formola tal-applikazzjoni mimlija għandha tasal bl-idejn lid-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi, Triq il-Kukkanja Santa Venera, sal-11:00 tal-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu 2018.

Għal aktar informazzjoni l-applikanti interessati għandhom iċemplu fuq in-numru tat-telefon 22001108 jew jibgħatu imejl fuq fpd.meae@gov.mt .

Benefiċjarji Potenzjali: