Sejħa pubblika għal proposti ta’ proġetti li jaqgħu taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 – Miżura I.20, Artikolu 41.1 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014:Investimenti abbord; verifiki u skemi ta’ effiċjenza fl-enerġija; u studji

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi (FPD) bħala l-Awtorita` ta’ Ġestjoni għall-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 qed tħabbar it-tielet sejħa mmirata lejn sidien tal-bastimenti tas-sajd biex jissottomettu proposti għal proġetti li għandhom l-għan li jinvestu f’tagħmir abbord, verifiki u skemi ta’ effiċjenza fl-enerġija u studji biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni ta’ sistemi ta’ propulsjoni alternattivi u disinji tal-buq. L-applikanti interessati huma mħeġġa jaqraw il-Formola tal-Applikazzjoni u n-noti ta’ gwida relattivi. Kundizzjonijiet jistgħu japplikaw.

Is-sejħa pubblika għall-proposti ta’ proġetti taqa’ fi ħdan il-Prijorita’ tal-Unjoni Numru 1: Il-promozzjoni ta’ sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien; Miżura I.20, Artikolu 41.1 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: Investimenti abbord; verifiki u skemi ta’ effiċjenza fl-enerġija u studji.

Il-Miżura li għandha tiġi implimentata permezz ta’ din is-sejħa miftuħa għal proposti ser tkun qed tindirizza Objettiv Speċifiku Numru 5: L-għoti ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvillupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, inkluż iż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u t-trasferiment tal-għarfien.     

L-ammont totali, allokat għas-sejħa, hu €200,000.00. Madankollu, l-Awtorita` ta’ Ġestjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas jew iżżid l-allokazzjoni marbuta mas-sejħa.

L-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa jistgħu jitniżżlu minn hawn taħt.

Ser isir sessjoni ta’ informazzjoni għall-applikanti prospettivi fil-20 ta’ Lulju 2018.
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni biex tipparteċipa f’tali sessjoni tista titniżżel minn hawn taħt.  Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu t-talba tagħhom għar-reġistrazzjoni fuq l-indirizz elettroniku tad-Diviżjoni fpd.meae@gov.mt sa mhux aktar tard min-nofsinhar tat-13 ta’ Lulju 2018.
Il-ħin u l-post fejn ser iseħħ is-sessjoni ta’ informazzjoni jiġu kkomunikati iżjed ‘il quddiem lil dawk is-sajjieda li rregistraw għas-sessjoni ta’ informazzjoni.

Aghfas hawn biex taccessa l-l-preżentazzjoni mogħtija fl-20 ta' Lulju 2018.

Il-formola tal-applikazzjoni mimlija għandha tasal bl-idejn lid-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi, Triq il-Kukkanja Santa Venera, sal-11:00 tal-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu 2018.

Għal aktar informazzjoni l-applikanti interessati għandhom iċemplu fuq in-numru tat-telefon 22001108 jew jibgħatu imejl fuq fpd.meae@gov.mt .

Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 27/06/2018 Sajd