Sejħa pubblika għal proposti ta’ proġetti li jaqgħu taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 – Miżura I.6, Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014: Diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ dħul

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Magħluqa

Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi (FPD) bħala l-Awtorita` ta’ Ġestjoni għall-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 qed thabbar it-tielet sejħa pubblika għal proposti ta’ proġetti mmirata li tappoġġa investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tad-dħul tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet kumplimentari, inklużi investimenti abbord, turiżmu bil-qasba, ristoranti u servizzi ambjentali relatati mas-sajd u attivitajiet edukattivi li jikkonċernaw is-sajd. L-applikanti interessati huma mħeġġa biex jaqraw il-Formola tal-Applikazzjoni u n-noti ta’ gwida relattivi. Kundizzjonijiet jistgħu japplikaw.

Is-sejħa pubblika għall-proposti ta’ proġetti taqa’ fi ħdan il-Prijorita’ tal-Unjoni Numru 1: Il-promozzjoni ta’ sajd ambjentalment sostenibbli, effiĊjenti fir-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien; Miżura I.6, Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: Diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ dħul.

Il-Miżura li għandha tiġi implimentata permezz ta’ din is-sejħa miftuħa għal proposti ser tkun qed tindirizza Objettiv Speċifiku 4: Itejjeb il-kompetittivita’ u l-vijabbilta’ tal-impriżi tas-sajd, inkluż is-sajd kostali fuq skala żgħira, u t-titjib tas-sikurezza jew tal-kondizzjonijiet tax-xogħol.

Il-ammont totali għas-sejħa hu €300,000.00. Madankollu, l-Awtorita` ta’ Ġestjoni tirriżerva d-dritt li tnaqqas jew iżżid l-allokazzjoni indikattiva marbuta mas-sejħa.

L-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa jistgħu jitniżżlu minn hawn taħt.

Ser isir sessjoni ta’ informazzjoni għall-applikanti prospettivi fil-20 ta’ Lulju 2018.
Il-Formola tar-Reġistrazzjoni biex tipparteċipa f’tali sessjoni tista titniżżel minn hawn taħt.  Il-partijiet interessati għandhom jissottomettu t-talba tagħhom għar-reġistrazzjoni fuq l-indirizz elettroniku tad-Diviżjoni fpd.meae@gov.mt sa mhux aktar tard min-nofsinhar tat-13 ta’ Lulju 2018.
Il-ħin u l-post fejn ser iseħħ is-sessjoni ta’ informazzjoni jiġu kkomunikati iżjed ‘il quddiem lil dawk is-sajjieda li rreġistraw għas-sessjoni ta’ informazzjoni.

Aghfas hawn biex taccessa l-l-preżentazzjoni mogħtija fl-20 ta' Lulju 2018.

Il-formola tal-applikazzjoni mimlija għandha tasal bl-idejn lid-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi, Triq il-Kukkanja Santa Venera, sal-11:00 tal-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu 2018.

Għal aktar informazzjoni l-applikanti interessati għandhom iċemplu fuq in-numru tat-telefon 2200 1108 jew jibgħatu imejl fuq fpd.meae@gov.mt.

Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 28/06/2018 Sajd