Fondi oħrajn 2014-2020

L-Unità tal-Fondi Diretti tal-Unjoni Ewropea (UE)

L-Unità tal-Fondi Diretti tal-Unjoni Ewropea (UE) fi ħdan id-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi (FPD) għandha l-għan li tiżgura parteċipazzjoni lokali akbar u assorbiment tal-fondi ċentralizzati tal-UE. Il-fondi diretti tal-UE jirreferu għal dawk il-fondi li huma ġestiti ċentralment mill-UE. Pereżempju l-Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-programme LIFE huma kollha eżempji ta' fondi diretti tal-UE. Sabiex jiġi żgurat li l-partijiet interessati rilevanti kollha jinżammu infurmati biżżejjed, din l-Unità  għandha l-għan li tippromwovi u xxerred informazzjoni dwar dawn il-programmi mas-settur tas-suq relevanti. L-applikanti prospettivi huma ggwidati lejn l-opportunitajiet ta' finanzjament rilevanti għalihom u jingħataw kwalunkwe appoġġ addizzjonali li jista' jikkontribwixxi għat-titjib tal-opportunitajiet kif ukoll għas-suċċess tal-proposta.

Netwerk stabbilit ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali li jaġixxu bħala rappreżentanti għall-programmi differenti tal-finanzjament ċentralizzat huwa kkoordinat minn din l-unità. Dawn il-Punti ta’ Kuntatt jinsabu strateġikament fi ħdan il-Ministeri u l-entitajiet tal-Gvern xierqa u jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-programm rispettiv tagħhom. Lista estensiva ta' għażliet ta' finanzjament dirett u l-Punti ta’ Kuntatt rispettivi tagħhom tista' tinstab hawn.

L-unità tal-Fondi Diretti tal-UE hija wkoll l-Punt ta’ Kuntatt għall-fondi li ġejjin:

  • The European Globalisation Adjustment Fund (EGF)
  • The European Solidarity Fund (EUSF)
  • The Innovation Fund
  • The TAIEX and Twinning Programme
  • The Emergency Support Instrument

Kull min jixtieq gwida dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament, speċjalment fi rigward tal-fondi ċentralizzati ta' l-UE, huwa mħeġġeġ jikkuntattja l-Unità tal-Fondi Diretti ta' l-UE fuq directfunds@gov.mt  jew fuq +35622001108 u se jkun iggwidat kif xieraq.

 

Kif spjegat hawn fuq, il-NCPs għandhom iservu bħala l-ewwel punt ta' kuntatt għal kull min ifittex aktar dettall dwar fond dirett partikolari tal-UE. Wieħed jista’ jsib il-lista sħiħa tal-fondi diretti tal-UE (2021 - 2027) u l-NCPs rispettivi hawnhekk.

 Jekk jogħġbok segwi din il-websajt għal aġġornamenti futuri.

 

MEUSAC

Il-MEUSAC tipprovdi dawn is-servizzi relatati mal-Fondi Ewropej:

  • Informazzjoni dwar fondi Ewropej
  • Laqgħat individwali dwar proposti ta’ proġetti u possibiltajiet ta’ fondi tal-UE
  • Pariri relatati mal-ippjanar ta’ proġetti skont il-kriterji u l-oġġettivi tas-sejħa għall-proposti
  • Assistenza teknika fil-preparazzjoni u l-mili ta’ applikazzjonijiet għall-fondi
  • Organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ informazzjoni u sessjonijiet ta’ taħriġ dwar fondi tal-UE
  • Tagħrif dwar fondi Ewropej permezz ta’ mezzi differenti tal-midja 

Imejl: funding.meusac@gov.mt

Numru tat-telefown:  2200 330  

Websajt:
Websajt tal-MEUSAC 
MEUSAC - Opportunitajiet ta' Finanzjament tal-UE

 

Diviżjoni tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prioritajiet (PPCD)

Il-funzjonijiet prinċipali tal-PPCD jinkludu li hi l-Awtorità Amministrattiva għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 (Fondi SIE); ​l-Inizjattiva SME; u l-Programm Operattiv tal-Għajnuna Alimentari u/jew Materjali Bażika. 

Il-PPCD isservi wkoll ta’ Koordinatur Ġenerali għall-Ipprogrammar tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013.

Imejl:  info.ppcd@gov.mt

Numru tat-telefown: 2200 1142

Facebook: www.facebook.com/IIYFMT/

Twitter: https://twitter.com/IIYF_MT 

Websajt: 
eufunds.gov.mt: Programm Operattiv I
eufunds.gov.mt: Programm Operattiv II
Websajt - Ninvestu fil-futur tiegħek 

 

Skemi ta' Għotjiet għat-Titjib tan-Negozju tal-FEŻR

L-Iskemi ta' Għotjiet għat-Titjib tan-Negozju, parzjalment iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020, ifittxu li jappoġġjaw intrapriżi meta jagħmlu proġetti ta' investiment immirati biex jiżguraw tkabbir tan-negozju sostenibbli billi jsiru aktar kompetittivi, innovattivi u jsiru aktar reżistenti għall-isfidi tas-suq. 

Imejl: msd.meae@gov.mt

Numru tat-telefown: 2200 1142

Websajt:  Websajt: Business Enhance  

 

Erasmus+

L-Erasmus+ huwa l-programm tal-Unjoni Ewropea għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. L-Erasmus+ huwa mmirat għall-iskejjel, istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ulterjuri u ogħla, edukazzjoni vokazzjonali, edukazzjoni għall-adulti, żgħażagħ u organizzazzjonijiet sportivi li joffru edukazzjoni formali u non-formali, taħriġ, xogħol maż-żgħażagħ u attivitajiet sportivi. L-Erasmus+ joffri opportunitajiet lill-parteċipanti sabiex jakkwistaw l-esperjenza u l-ħiliet permezz tal-istudju, xogħol, volontarjat, tagħlim u taħriġ barra minn Malta. Il-programm joffri wkoll sapport lil istituzzjonijiet li jaħdmu ma’ msieħba f’pajjiżi oħra biex jimmodernizzaw il-prattika tat-tagħlim u x-xogħol maż-żgħażagħ.

Il-proġetti tal-Erasmus+ ikopru 5 setturi:

  • Edukazzjoni Ogħla
  • Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ
  • Edukazzjoni għall-Adulti
  • Skejjel
  • Żgħażagħ

Kull settur huwa maqsum f’żewġ Key Actions, waqt li s-settur taż-żgħażagħ huwa maqsum fi 3. Proġetti ta’ Key Action 1 jimmiraw biex jinkoraġixxu mobilità fost l-istudenti, staff, volontiera, nies li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ. Proġetti ta’ Key Action 2 jissapportjaw sħubiji, Capacity Building u innovazzjoni. Proġetti ta’ Key Action 3 jissapportjaw riforma fil-politika fil-qasam taż-żgħażagħ.

Għal aktar informazzjoni dwar l-Erasmus+, inkluż deadlines li jkunu ġejjin, jekk jogħoġbok ikkuntattja lill-Aġenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea.

Imejl: communications.eupa@gov.mt

Numru tat-telefown: 2558 6130

Websajt:  EUPA website

 

Aġenzija għall-pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA)

Il-Ħlasijiet Diretti jikkontribwixxu biex isostnu l-biedja fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea billi jappoġġaw u jistabbilizzaw id-dħul tal-bdiewa u b'hekk jiżguraw il-vijabilità ekonomika tal-bdiewa u r-raħħala u jagħmluhom inqas vulnerabbli għal varjazzjonijiet fil-prezzijiet  sabiex jipprovdu prodotti pubbliċi bażiċi fil-qasam legislattiv ta 'cross complicance'.

Imejl: arpa.mesdc@gov.mt

Numru tat-telefown: 2292 6148

Websajt: ARPA - Pagamenti diretti relatati mal-Agrikoltura 

 

PROGRAMM LEADER 

Fondazzjoni Gal Xlokk

Il-GAL XLOKK huwa wieħed mit-tlitt fondazzjonijiet li ġew magħżula sabiex jimplimentaw il-programm LEADER għas-snin 2014-2020. Dan il-grupp ser jimplimenta strateġija ta' żvilupp lokali ġewwa ix-Xlokk ta' Malta. L-għan ewlieni ta' dan il-grupp hu li itejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-ekonomija fiż-żoni rurali gewwa ix-Xlokk ta' Malta. It-territorju tax-Xlokk jinkludi sbatax-il lokalità rurali mxerrda fin-nofsinhar u fix-xlokk ta' Malta.  

Contact email: info@galxlokk.com 

Indirizz: GAL XLOKK Foundation 269, Main Street, Qormi QRM 1107 

Website:  GAL Xlokk website 

 

Fondazzjoni Gozo Action Group 

Il-GAG hija fondazzjoni li tħaddan il-gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna, u tkopri territorju ta' madwar 67 kilometru kwadru. Il-mira ta' din il-fondazzjoni hu li tinkoraġġixxi li jkun hemm tkabbir sostenibli fis-setturi tat-turizmu u l-agrikoltura, żewġ setturi importanti għall-ekonomija tal-gżira Għawdxija. 

Imejl: info@leadergozo.eu

Indirizz23, G.P.F Aguis De Soldanis Street, Victoria, Għawdex 

Website: http://www.leadergozo.eu/

 

Fondazzjoni Majjistral Action Group 

Il-MAGF hija fondazzjoni responsabbli mill-implementazzjoni tal-programm LEADER fin-naħat  tal-Punent u l-Majjistral ta' Malta. Il-fondazzjoni hija magħmulha minn sittax-il lokalita.

Imejl: 

Numru tat-telefown: 

Websajt: 

 

Punti ta' Kuntatt Nazzjonali

Websajt: Dettalji tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali relatat ma' Fondi Diretti 

 

Baġit: 

-