PRE-AVVIŻ: IR-RABÀ SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Pre-Avviż li għadda

L-Unità tal-Kooperazzjoni Territorjali tixtieq tinforma li r-rabà sejħa għall-proposti ta’ proġetti taħt il-Programm Interreg Europe hija prevista li tiftaħ f'Mejju 2018 u tagħlaq f’nofs Ġunju 2018. Din is-sejħa, li ser jkollha allokazzjoni baġitarja ta’ madwar € 60 miljun, ser tiffoka fuq l-oqsma prijoritarji li ġejjin:

a. Tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni;
b. It-tisħiħ tal-kompetittività tal-IŻM;
c. Appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta’ karbonju fis-setturi kollha u
d. Il-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi.

Aktar informazzjoni tistà tinkiseb mill-websajt tal-Programm: https://www.interregeurope.eu/

Settur: 
Published On: 09/03/2018