Pre-avviż għas-sejħa għall-proposti rigward proġetti ta’ l-akkwakultura ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Pre-Avviż li għadda

ID-DIVIŻJONI GĦALL-FONDI U PROGRAMMI
SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U DJALOGU SOĊJALI

Pre-avviż għas-sejħa għall-proposti rigward proġetti ta’ l-akkwakultura ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020

Il-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta’ finanzjament lill-industrija tas-sajd u l-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il-Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi fl-irwol tagħha bħala l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd qegħda tannunċa l-varar eventwali fil-ġimgħat li ġejjin ta’ sejħa miftuħa għall-proposti rigward proġetti immirati lejn intrapriżi ta’ l-akkwakultura għal dawn il-miżuri:

Artikolu 48(i) a-d, f-h
Miżura II.2
Investimenti produttivi fl-akkwakultura

Artikolu 48(i) e, i, j
Miżura II.3
Investimenti produttivi fl-akkwakultura
Effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, tnaqqis fl-użu ta’ l-ilma u sustanzi kimiċi, sistemi ta’ riċirkolazzjoni li jiminimizzaw l-użu ta’ l-ilma

Din is-sejħa (li tkopri ż-żewg Miżuri msemmija qabel) se jkolla allokazzjoni totali ta’ madwar €2mn f’fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta’ Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l-allokazzjoni.

Aktar informazzjoni tista tintalab fuq 22001108 jew permezz ta’ e-mail lil fpd.meae@gov.mt jew billi żżur il-siti tagħna www.eufunds.gov.mt / www.eufundsmalta.gov.mt

Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 22/06/2018 Sajd