Pre-Avviż - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: Miżura 6.4

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Pre-Avviż li għadda

Miżura 6.4: Appoġġ għal investment għall-ħolqien u żvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli

Id-Direttur Ġenerali tad-diviżjoni tal-Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari Għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali jħabbar li ser tiġi varata skema ġdida taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta.

Il-Miżura 6.4 ‘Appoġġ għal investiment għall-ħolqien u żvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli’ għandha l-għan li tistimula l-ambjent tan-negozju rurali, permezz ta’ għajnuna biex jiżdiedu attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali kif ukoll għall-iżvilupp ta’ dawk li diġà huma eżistenti.  Din l-iskema tħares ukoll lejn il-ħolqien ta’ xogħol, żieda fid-dħul ta’ residenti f’żoni rurali u li jittaffew id-differenzi bejn żoni rurali u urbani.  Il-benefiċjarji ser jirċievu 50% tat-total tal-ispejjeż eliġibbli taħt il-proġett.

L-appoġġ taħt din l-iskema msemmija hawn fuq huwa mmirat għal bdiewa, membri tal-familja ta’ razzett u intraprendituri rurali oħra li għandhom intenzjoni li jiddiversifikaw l-attività ekonomika prinċipali tagħhom jew jibdew attività ekonomika ġdida billi jinvestu f’attivitajiet mhux agrikoli bil-għan li jżidu d-dħul tagħhom u joħolqu postijiet tax-xogħol alternattivi.

Il-baġit indikattiv taħt din il-miżura hu ta' €7.7 miljun. Dan l-investiment huwa essenzjali sabiex jiġi ffaċilitat titjib fil-kwalità u sostenibbiltà fis-settur agrikolu lokali.

Aktar tard ser jiġu ppublikati aktar dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni fuq is-sit web tal-Awtorità Maniġerjali www.eufunds.gov.mt.  Dawk l-applikanti interessati huma mistiedna li jirreġistraw l-interess tagħhom billi tintbagħat email fuq rdd.meae@gov.mt, u fiha jindikaw il-miżuri li huma interessati fihom.  L-Awtorità Maniġerjali aktar tard ser tistieden lil dawk interessati għal laqgħa ta’ informazzjoni.

Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku www.eufunds.gov.mt u www.eufundsmalta.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq rdd.meaim@gov.mt

Published On: 29/08/2018