Pre-Avviż tal-Miżuri MI.6 u MI.20 għall-Programm Operattiv ta’ Malta għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020

Dettalji
Imejl: 
Numru tat-telefown/mowbajl: 

Status: 
Pre-Avviż li għadda

 

ID-DIVIŻJONI GĦALL-FONDI U PROGRAMMI
SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ U DJALOGU SOĊJALI

Pre-Avviż tal-Miżuri MI.6 u MI.20 għall-Programm Operattiv ta’ Malta għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020

Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-pubbliku li fil-ġimgħat li ġejjin ser jitħabbru żewġ miżuri: MI.6 u MI.20 mill-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020. Dawn huma mmirati sabiex joffru għajnuna għall-komunitajiet kostali sabiex jiddiversifikaw l-operat tagħhom u għajnuna għas-sajjieda li għandhom l-għan li jinvestu f’tagħmir għal aktar sajd sostenibbli.

Artiklu 30 – Miżura I.6
Diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ dħul

Artiklu 41(1) – Miżura I.20
Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tad-tibdil fil-klima
Investimenti abbord; verifiki u skemi tal-effiċjenza fl-enerġija; studji

Is-sejħiet marbuta mal-Miżuri MI.6 u MI.20 għandhom allokazzjoni totali ta’ €500,000.00 f’fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta’ Ġestjoni tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l-allokazzjoni. Laqgħa ta’ informazzjoni ser tkun organizzata ma’ kull miżura li ser tiġi mħabbra.

Aktar informazzjoni tista’ tiġi mitluba permezz ta’ l-email: fpd.meae@gov.mt jew tel. 2200 1108 jew billi żżur is-sit http://www.eufundsmalta.gov.mt/ / http://www.eufunds.gov.mt/

Benefiċjarji Potenzjali: 
Published On: 22/06/2018 Sajd