Proġett PROMETEUS

Il-proġett PROMETEUS ser ikun qed jgħin lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex tikseb u tagħmel skambji ta’ esperjenzi relatati mal-kunċett tal-elettromobbilità  fil-gżejjer Maltin.  Dan ser isir permezz ta’ metodi li diġà ġew ippruvati fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw f’dan il-proġett. L-imsieħba f’dan il-proġett għandhom l-iskop ukoll li jippruvaw jindirizzaw dawk l-isfidi prinċipali li huma l-aktar ta’ xkiel fil-qasam tal-elettromobbilità li jinkludu nuqqas ta’ aċċess ta’ infrastruttura ddeddikata kif ukoll nuqqas ta’ għarfien fil-qasam ta’ dan is-settur.

Spiża: 
€ 279,150
Benefiċjarju: 
Awtorità għat-trasport f'Malta