REGIOSTARS 2020

 

Mill-2008, il-Kummissjoni Ewropea bdiet tagħti għotjiet annwali, imsejħa REGIOSTARS, lill-proġetti ffinanzjati mill-UE li juru eċċellenza u approċċi ġodda fl-iżvilupp reġjonali. Bl-għan li jispiraw reġjuni oħra u maniġers ta' proġetti madwar l-Ewropa, il-proġetti parteċipanti huma fil-qofol ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni fuq livell Ewropew.

 

L-għotjiet REGIOSTARS ser jingħataw lill-proġetti f'ħames kategoriji tematiċi, u l-kategoriji magħżula għal din is-sena huma:

 

§ Kategorija 1 - Tkabbir Intelliġenti: Tranżizzjoni industrijali għal Ewropa Intelliġenti

§ Kategorija 2 - Tkabbir Sostenibbli: Ekonomija ċirkolari għal Ewropa ekoloġika

§ Kategorija 3 - Tkabbir Inklużiv: Ħiliet u Edukazzjoni għal Ewropa inklużiva

§ Kategorija 4 - Żvilupp urban: Involviment taċ-ċittadini għal bliet Ewropej koeżivi

§ Kategorija 5 - Suġġett tas-sena 2020 - 30 Sena ta’ Interreg: Tisħiħ taż-Żgħażagħ għal kooperazzjoni transkonfinali

 

Aktar informazzjoni tinstab fuq il-links li ġejjin:

https://regiostarsawards.eu/

https://ec.europa.eu/regional_policy/en/regio-stars-awards/.

 

 

L-applikazzjonijiet huma miftuħa sad-9 ta’ Mejju 2020. 

 

Published On: 26/03/2020