RESTART VI - ASSISTENZA GĦAL RITORN VOLONTARJU U INTEGRAZZJONI MILL-ĠDID FIL-PAJJIŻ TA' ORIĠINI

Ix-xejriet ta' migrazzjoni, flimkien ma' sfidi li jiffaċċjaw il-migranti matul il-vjaġġ tagħhom u mal-wasla, irriżultaw f'numru relattivament għoli ta' migranti li ma jistgħux jew ma jixtiequx jibqgħu f'Malta. RESTART VI hija kontinwazzjoni ta' ħames proġetti ta' Ritorn Volontarju u Integrazzjoni mill-ġdid implimentati b'suċċess mill-IOM Malta b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet Maltin mill-2009.

RESTART VI għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-immaniġġjar aktar effettiv tal-migrazzjoni billi tappoġġja aktar lill-Gvern Malti biex jagħmel ir-Ritorn Volontarju u Integrazzjoni mill-ġdid fil-pajjiż tal-oriġini disponibbli għall-migranti li huma lesti li jirritornaw lejn pajjiżhom u jerġgħu jistabbilixxu ruħhom hemm. F'aktar minn 3 snin, il-proġett se jipprovdi sa 170 benefiċjarju b'għajnuna volontarja u assistenza ta' integrazzjoni mill-ġdid magħmula apposta għalihom.

L-attivitajiet tal-proġett jinkludu s-sensibilizzazzjoni fost il-grupp immirat u partijiet interessati rilevanti, pariri dwar il-proċedura ta' ritorn, kisba ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, arranġamenti għall-ivvjaġġar u assistenza u monitoraġġ ta' integrazzjoni mill-ġdid.

 

Spiża: 
€ 1.2 M
Benefiċjarju: 
Migranti