Proġett tat-toroq rurali

Rural road

Miżura M4.3: Sapport għal investimenti fl-infrastruttura relatati ma' żvilupp, modernizzar u addattament ta' agrikoltura u forestazzjoni

Il-problema ta’ nuqqas ta’ aċċessibbiltà tibqa sfida kbira għal dawk kollha li jaħdmu fis-settur agrikolu lokali. Aċċess inadegwat ikompli iżid mad-diffikultajiet ikkawżati mil-frammentazzjoni tal-art agrikola li hi tipika f’pajjiżna.

Sabiex tittaffa din il-problema, tmienja u għoxrin Kunsill Lokali u Infrastructure Malta qieħdin iwettqu diversi proġetti sabiex itejjbu iktar minn mitt triq rurali f’Malta u Għawdex, permezz ta’ investiment ta’ aktar minn tmintax-il miljun Ewro. Parti kbira minn dawn il-proġetti ser ikunu ffinalizzati sa l-aħħar ta’ l-2018.

Spiża: 
€18.9 million
Benefiċjarju: 
Kunsilli Lokali u Infrastructure Malta