Studju xjentifiku biex titjieb is-selettività tat-tagħmir tat-tkarkir


Din l-operazzjoni tinkludi studju, stħarriġ marittimu u analiżi ta’ data sabiex titjieb is-selettività tal-ger tad-daqs tal-malja kwadra ta' 40mm li bħalissa qed tintuża mill-flotta Maltija tat-tkarkir sabiex jitnaqqas ir-rimi ta' Merluccius merluccius (Marlozz Ewropew) u Parapenaeus longirostris (gambli tal-ilma fond). Ser jiġu ttestjati żewġ metodi biex titjieb is-selettività tat-tagħmir għal kull waħda minn dawn iż-żewġ speċi. Il-maġġoranza tal-proġett se jiġi subkuntrattat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti. Dan il-proġett huwa konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 508/2014 u kif spjegat fil-Programm Operattiv għal Malta - Marzu 2015.

 
Spiża: 
€200,000
Benefiċjarju: 
Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura - Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima