Seminar fuq akkwist pubbliku relatat ma’ Difiża u Sigurta`

Dettalji
Data tal-Avveniment: 
17/05/2018
Ħin tal-Avveniment: 
8:30am - 5:00pm

Post: 
Le Méridien St. Julians Hotel & Spa
Uri fuq il-mappa

Imejl: 
Numru tat-telefown: 

Ir-reġistrazzjonijiet magħluqa

17-18 ta' Mejju 2018

L-għan ta' dan is-seminar huwa li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-liġi u l-prattika tal-akkwist pubbliku għad-difiża u s-sigurtà għall-amministrazzjoni tar-Repubblika ta' Malta. Is-seminar ser jintroduċi l-udjenza għall-ispeċifiċitajiet tal-akkwist ta' difiża u sigurtà fi ħdan il-kuntest u l-ambitu tal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli u t-traspożizzjoni tagħha fil-liġi domestika. Is-seminar mhux biss ser jipprovdi sfond teoretiku, iżda jinkludi wkoll eżempji prattiċi u riżultati ta' studji mmexxija minn akkademiċi, think tanks u l-Kummissjoni Ewropea. Is-seminar se jikkonkludi b'workshop prattiku fejn il-parteċipanti se jkunu mistiedna biex ipoġġu t-teorija fil-prattika.

L-udjenza fil-mira għas-seminar huma l-Forzi Armati ta' Malta, il-Pulizija ta' Malta, is-Servizzi tas-Sigurtà ta' Malta, id-Dipartiment tad-Dwana, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Affarijiet u Sigurtà Nazzjonali, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ.

Benefiċjarji Potenzjali: