Proġett SiMaSeed

SiMaSeed li għandu baġit ta’ €895,033, jinvolvi t-twaqqif ta’ banek taż-żrieragħ biex ikun hemm konservazzjoni ta’ speċi ta' pjanti indiġeni f’Malta u Sqallija.  Il-proġett ser jiffokka fuq l-identifikazzjoni ta’ speċi prijoritattivi għall-konservazzjoni ġo siti Natura 2000, il-ġbir taż-żrieragħ biex jitpoġġew fil-banek taż-żrieragħ, l-iżvilupp ta’ proċeduri ta' ġerminazzjoni għall-ispeċi magħżula, propagazzjoni tal-massa ta’ dawn l-ispeċi billi jintużaw metodi vitro u konvenzjonali kif ukoll l-introduzzjoni ta’ speċi propagati f’siti magħżula apposta għall-interventi. 

Żewġ imsieħba Maltin, li huma l-Università ta’ Malta u l-Ministeru għal Għawdex, qed jipparteċipaw f’dan il-proġett.

Spiża: 
€ 895,033
Benefiċjarju: 
Università ta' Malta, Ministeru għal Għawdex