There is currently no content classified with this term.
Żvilupp Teknoloġiku

RESTART VI - ASSISTENZA GĦAL RITORN VOLONTARJU U INTEGRAZZJONI MILL-ĠDID FIL-PAJJIŻ TA' ORIĠINI
RESTART VI għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-immaniġġjar aktar effettiv tal-migrazzjoni billi tappoġġja aktar lill-Gvern Malti biex jagħmel ir-Ritorn Volontarju u Integrazzjoni mill-ġdid disponibbli għall-migranti li huma lesti li jirritornaw lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u jerġgħu jistabbilixxu ruħhom hemm.
Spiża: € 1.2 M
Benefiċjarju: Migranti
Fond relatat: Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020

ZEROCO2
Il-proġett ZEROCO2 jiffoka fuq l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini. L-għan tiegħu hu li jfassal policies innovattivi li jippromwovu bini b'emissjonijiet ta’ CO2 kważi żero. Dan il-proġett għandu jgħaqqad ukoll teknoloġiji differenti u sorsi ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u jikkontribwixxi lejn il-miri tal-UE għall-effiċjenza tal-enerġija…
Spiża: €131,437
Benefiċjarju: L-Universita ta' Malta
Fond relatat: Interreg Ewropa 2014-2020

PANORAMED
PANORAMED huwa proġett ta' pjattaforma ta' governanza li jappoġġja l-proċess tat-tisħiħ u l-iżvilupp ta' oqfsa ta' kooperazzjoni multilaterali fil-livelli reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali fir-reġjun tal-Mediterran għal reazzjonijiet konġunti għal sfidi u opportunitajiet komuni. Dan il-proġett taħt il-Programm Interreg MED huwa kofinanzjat mill-FEŻR b' baġit ta' €9M. Stati parteċipanti jinkludu 12-il Stat Membru u 21 imsieħba. PANORAMED jiffoka fuq dawn it-temi li ġejjin: Turiżmu Kostali u Marittimu, Sorveljanza Marittima u Innovazzjoni. …
Spiża: €356,073
Benefiċjarju: Minister għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza
Fond relatat: Interreg Mediterran 2014-2020

EnerNETMob
L-għan tal-proġett EnerNETMob hu li jabbozza, jittestja u jtejjeb “Pjanijiet Sostenibbli ta’ Elettromobilità” paralleli skont standards komuni u politiki b'livell baxx ta' karbonju, sabiex jiġi stabbilit “Netwerk Interreġjonali ta’ Elettromobilità” f'numru ta' bliet taż-żona transnazzjonali MED. Għal dan il-għan, il-proġett għandu jippromwovi l-intermodalità bejn l-art u l-baħar bl-użu ta' sistemi ta' trasport elettriku, filwaqt li jimplimenta netwerks pilota inter-urbani u interreġjonali ta’ Tagħmir għall-Provvista ta' Vetturi Elettriċi (EVSE), li…
Spiża: €396,895
Benefiċjarju: Transport Malta
Fond relatat: Interreg Mediterran 2014-2020

Monitoraġġ ambjentali tal-baħar: lejn ġestjoni effettiva tal-ilmijiet marittimi ta’ Malta (EMFF 8.3.1)
Din l-operazzjoni se tibda l-implimentazzjoni ta' monitoraġġ ambjentali sostnut fl-ilmijiet marittimi bil-għan li tevalwa l-istat tal-ilmijiet marittimi ta' Malta fuq bażi kontinwa u tindirizza n-nuqqasijiet attwali fl-għarfien. L-operazzjoni se tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Ippjanar Spazjali Marittimu u l-Politika Marittima Integrata permezz tat-titjib tal-għarfien.
Spiża: € 1.6 M
Benefiċjarju: L-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent
Fond relatat: Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) 2014-2020

Proġett SiMaSeed
SiMaSeed jinvolvi it-twaqqif ta’ banek taż-żrieragħ biex ikun hemm konservazzjoni ta’ speċi ta' pjanti indiġeni f’Malta u Sqallija.
Spiża: € 895,033
Benefiċjarju: Università ta' Malta, Ministeru għal Għawdex
Fond relatat: Interreg V-A Italja-Malta 2014-2020

Proġett tat-toroq rurali
Dan il-proġett qiegħed jiġi implimentat permezz ta' miżura 4.3: Sapport għall-investimenti fl-infrastruttura relatati ma' żvilupp, modernizzar u addattament ta' agrikoltura u forestazzjoni.
Spiża: €18.9 million
Benefiċjarju: Kunsilli Lokali u Infrastructure Malta
Fond relatat: Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 2014-2020

Qafas għall-ġbir tad-data Programm Multiannwali 2014-2016
L-immaniġġjar tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jiddependi fuq data miġbura, ġestita u pprovduta mill-Istati Membri skont il-qafas għall-ġbir tad-data. Data tas-sajd affidabbli hija bżonnjuza biex tevalwa s-saħħa tal-istokkijiet tal-ħut u tal-ambjent tal-baħar u biex tilħaq l-għan tal-Unjoni Ewropea li tiżgura sajd sostenibbli sa mhux aktar tard mill-2020.
Spiża: € 1.8 M
Benefiċjarju: Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima
Fond relatat: Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) 2014-2020

ENISIE
Il-proġett biħsiebu jikkontribwixxi lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv taż-żona transkonfinali billi jagħmel l-aħjar użu mill-ambjent ta' intrapriża soċjali ta' ġenerazzjoni ġdida bbażata fuq il-post bħalma huma startups innovattivi. Għal dan il-għan, il-proġett għandu l-għan li jinkoraġġixxi l-innovazzjoni f'oqsma ewlenin bħas-saħħa diġitali, it-teknoloġija tal-ikel u t-turiżmu sostenibbli (esperjenzali u aġġustat skont l-istaġun), iħeġġeġ il-mobilità transkonfinali ta 'żgħażagħ kwalifikati u jippermetti…
Spiża: €492,800
Benefiċjarju: Malta Enterprise; Malta Council for Voluntary Sector
Fond relatat: Interreg V-A Italja-Malta 2014-2020

Iffirmar tal-Ftehim tal-Programm għal fondi mogħtija miz-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja 2014-2021
Malta se tibbenefika minn €8 miljuni permezz ta’ fondi mogħtija miz-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, matul il-perjodu tal-programm 2014-2021, immirat lejn l-iżvilupp urban u t-tnaqqis tal-faqar. Dan isegwi l-iffirmar ta' ftehim ta' programm bejn il-Punt Fokali Nazzjonali ta' Malta u l-Ambaxxatriċi Norveġiża għal Malta f'Ruma, l-ET Margit F. Tveiten. L-iffirmar sar fil-5 ta' Ġunju 2018 fil-Berġa t'Aragona fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia.…
Spiża: € 8 M
Benefiċjarju: Malta
Fond relatat: Għotjiet miż-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja 2014-2021