There is currently no content classified with this term.
Kunsilli Lokali

EnerNETMob
L-għan tal-proġett EnerNETMob hu li jabbozza, jittestja u jtejjeb “Pjanijiet Sostenibbli ta’ Elettromobilità” paralleli skont standards komuni u politiki b'livell baxx ta' karbonju, sabiex jiġi stabbilit “Netwerk Interreġjonali ta’ Elettromobilità” f'numru ta' bliet taż-żona transnazzjonali MED. Għal dan il-għan, il-proġett għandu jippromwovi l-intermodalità bejn l-art u l-baħar bl-użu ta' sistemi ta' trasport elettriku, filwaqt li jimplimenta netwerks pilota inter-urbani u interreġjonali ta’ Tagħmir għall-Provvista ta' Vetturi Elettriċi (EVSE), li…
Spiża: €396,895
Benefiċjarju: Transport Malta
Fond relatat: Interreg Mediterran 2014-2020

MedSNAIL
Il-proġett MedSNAIL għandu l-għan li jindirizza problemi u sfidi fis-settur tal-ikel agrikolu, bħal: nuqqas gradwali ta' varjazzjonijiet lokali, faqar rurali, nuqqas ta' business planning u strateġiji tas-suq. Il-proġett ser jindirizza dawn l-isifidi billi jrawwemil-valorizzazzjoni u l-iżvillup ta' value-chains tal-ikel agrikolu tradizzjonali żgħar, li jikkombinaw potenzjalitajiet tas-suq iżjed imsaħħa u sostenibilita' soċjo-ekonomika. L-attivitajiet tal-proġett ser jibnu fuq esperjenza stabbilita', prinċipji u metodi ta' SlowFood, organizzazzjoni internazzjonali li…
Spiża: €217,171.48
Benefiċjarju: Integrated Resources Management (IRM) Co. Ltd
Fond relatat: Programm ENI CBC Med 2014-2020

Iffirmar tal-Ftehim tal-Programm għal fondi mogħtija miz-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja 2014-2021
Malta se tibbenefika minn €8 miljuni permezz ta’ fondi mogħtija miz-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, matul il-perjodu tal-programm 2014-2021, immirat lejn l-iżvilupp urban u t-tnaqqis tal-faqar. Dan isegwi l-iffirmar ta' ftehim ta' programm bejn il-Punt Fokali Nazzjonali ta' Malta u l-Ambaxxatriċi Norveġiża għal Malta f'Ruma, l-ET Margit F. Tveiten. L-iffirmar sar fil-5 ta' Ġunju 2018 fil-Berġa t'Aragona fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia.…
Spiża: € 8 M
Benefiċjarju: Malta
Fond relatat: Għotjiet miż-Żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja 2014-2021

PANORAMED
PANORAMED huwa proġett ta' pjattaforma ta' governanza li jappoġġja l-proċess tat-tisħiħ u l-iżvilupp ta' oqfsa ta' kooperazzjoni multilaterali fil-livelli reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali fir-reġjun tal-Mediterran għal reazzjonijiet konġunti għal sfidi u opportunitajiet komuni. Dan il-proġett taħt il-Programm Interreg MED huwa kofinanzjat mill-FEŻR b' baġit ta' €9M. Stati parteċipanti jinkludu 12-il Stat Membru u 21 imsieħba. PANORAMED jiffoka fuq dawn it-temi li ġejjin: Turiżmu Kostali u Marittimu, Sorveljanza Marittima u Innovazzjoni. …
Spiża: €356,073
Benefiċjarju: Minister għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza
Fond relatat: Interreg Mediterran 2014-2020

Proġett tat-toroq rurali
Dan il-proġett qiegħed jiġi implimentat permezz ta' miżura 4.3: Sapport għall-investimenti fl-infrastruttura relatati ma' żvilupp, modernizzar u addattament ta' agrikoltura u forestazzjoni.
Spiża: €18.9 million
Benefiċjarju: Kunsilli Lokali u Infrastructure Malta
Fond relatat: Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 2014-2020

Proġett PROMETEUS
Il-proġett PROMETEUS ser ikun qed jgħin lill-Awtorità għat-trasport f'Malta sabiex tikseb u tagħmel skambji ta’ esperjenzi relatati mal-kunċett tal-elettromobbilità fil-gżejjer Maltin.
Spiża: € 279,150
Benefiċjarju: Awtorità għat-trasport f'Malta
Fond relatat: Interreg Ewropa 2014-2020

Proġett SiMaSeed
SiMaSeed jinvolvi it-twaqqif ta’ banek taż-żrieragħ biex ikun hemm konservazzjoni ta’ speċi ta' pjanti indiġeni f’Malta u Sqallija.
Spiża: € 895,033
Benefiċjarju: Università ta' Malta, Ministeru għal Għawdex
Fond relatat: Interreg V-A Italja-Malta 2014-2020

RESTART VI - ASSISTENZA GĦAL RITORN VOLONTARJU U INTEGRAZZJONI MILL-ĠDID FIL-PAJJIŻ TA' ORIĠINI
RESTART VI għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-immaniġġjar aktar effettiv tal-migrazzjoni billi tappoġġja aktar lill-Gvern Malti biex jagħmel ir-Ritorn Volontarju u Integrazzjoni mill-ġdid disponibbli għall-migranti li huma lesti li jirritornaw lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u jerġgħu jistabbilixxu ruħhom hemm.
Spiża: € 1.2 M
Benefiċjarju: Migranti
Fond relatat: Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020

Rehabilitation of Gozo’s Valleys to enhance their rain capturing and soil retention capabilities
Il-Ministeru għal Għawdex ingħata mill-Miżura 4.4 tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali (2014-2020) biex jimplimenta l-proġett: "Riabilitazzjoni tal-widien ta 'Għawdex biex Tittejjeb il-kapaċitajiet ta' qbid u żamma tax-xita" tagħhom. L-ambitu tagħha huwa li żżid iż-żamma tal-ħamrija tal-gżira u l-kapaċitajiet li jaqbdu l-ilma tax-xita permezz tar-riabilitazzjoni ta' 12-il widien madwar Għawdex. Dawn huma: Wied ix-Xlendi; Wied tal-Grazzja, Wied ta 'Mġarr ix-Xini, Wied Wied ukoll f'Tal-Halq / Ta Marga l / o Qala), Wied tax-Xħajma, Wied Imgarr / Ġnien Migiarro,…
Spiża: €8 Million
Benefiċjarju: Ministry for Gozo
Fond relatat: Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 2014-2020

iFishIENCI
*Intelligent Fish feeding through Integration of Enabling technologies and Circular principles* FishIENCI ser iwassal għall-innovazzjonijiet li jsaħħu l-akkwakultura sostenibbli, ibbażata fuq teknoloġiji li jippermettu u prinċipji ċirkolari. B'hekkdawn jipprovdu lill-industrija tal-akkwakultura Ewropea bil-vantaġġ kompettiv u l-istimulazzjoni tat-tkabbit meħtieġa biex tkun minn ta’ l-ewwel biex tirrevoluzzjona l-effiċċjenza globali fil-produzzjoni tal-ħut u biex tilqa’ il-bżonnijiet tas- soċjetà għall-ikel mill-oċean. Dan il-kompitu ambizzjuż ser jintlaħaq…
Spiża: € 7,131,140.24
Benefiċjarju: AQUABIOTECH LIMITED
Fond relatat: Fondi oħrajn 2014-2020